Il-fondazzjoni tas-Social Welfare Services kitbet messaġġ ta’ niket fuq il-midja soċjali fejn sellmet il-memorja ta’ Chantelle Galea Gerada, membru tal-FSWS.
Kitbu, “L-FSWS isellmu l-memorja ta‘ Chantelle Galea Gerada, membru tal-istaff fid-direttorat g]all-kura alternattiva. Chantelle kienet isservi bhala Support Worker, f’waħda mid-djar tal-komunita`, fejn uriet dedikazzjoni u appoġġ lejn tfal u żgħażagħ.”
Żiedu jgħidu, “Nestendu l-kondoljanzi tagħna lill-familja tagħha, speċjalment lill-mara tagħha Christine, li wkoll hi parti mis-servizz ta’ djar tal-komunita`. Il-funeral se jsir it-Tnejn li ġej fis-Santwarju ta’ Ħaż-Żabbar fit-tlieta ta’ waranofsinhar.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb tagħha, u nżommuhom fit-talb tagħna f’dan iż-żmien diffiċli. Nitolbu lil Alla biex ikompli jżomm idejh fuqhom. Tistrieħ fis-sliem u l-paċi.
Facebook / Foundation for Social Welfare Services