“Min Jaf Kemm-Il Darba Fil-Ħajja Jiġrilna L-Istess, Li Xi Ħaġa Tlellex Tagħmina U Titlifilna L-Kontroll” – Mariella Mizzi Attard

Mariella Mizzi Attard, omm il-kantanta lokali Corazon, kitbet ħsieb ta’ riflessjoni fuq il-paġna tagħha.

Hi spjegat, “Dalgħodu jien u nsuq ġie mument qasir li x-xemx għamietni u kważi ma bdejt nara xejn. Kien mument ta’ ftit sekondi, imma kien perikoluż. U ħsibt… min jaf kemm-il darba fil-ħajja jiġrilna l-istess, li xi ħaġa tlellex tagħmina u titlifilna l-kontroll. F’każijiet bħal dawn x’nagħmlu? Nibqgħu fit-telfa, jew infittxu biex noħorġu minn dak il-mument u nerġgħu naqbdu r-rotta mill-aktar fis possibbli?”



Żiedet tgħid, “Ħsibt f’kemm-il darba jien stess naqa’ u minkejja li dejjem inkun attenta x’niekol naqa’ u niekol xi ħaġa li mhux suppost niekol. F’mument bħal dan ikolli għażla: jew nibqa’ għaddejja niffanga, jew nieqaf u nerġa’ nibda niekol sew. Dan hu biss eżempju żgħir. Hemm ħafna affarijiet ilellxu fil-ħajja li jistgħu jwaqqgħuna. Jekk naqgħu importanti li nerġgħu nqumu u nkomplu triqitna fis-sewwa.”



Nirringrazzjawha talli qasmet dawn il-kelmtejn ta’ għerf magħna!



Ritratti:

Facebook / Mariella Mizzi Attard

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI