Bħalissa għaddejja maratona ġbir ta’ fondi għal Hospice Malta. Biex turi l-appoġġ tagħha, il-President ta’ Malta żaret il-maratona u qalet kelmtejn dwarha.
Fuq il-paġna uffiċjali tal-President inkiteb, “L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, żaret il-maratona ġbir ta’ fondi ta’ Hospice Malta, li matulha qed jinġabru fondi biex din l-għaqda tkompli tipprovdi kura paljattiva ħolistika b’xejn.”
Żiedu jiktbu, “Fl-appell tagħha, il-President aċċennat il-ħidma ta’ Hospice Malta li tassisti lill-pazjenti li jkunu qed jaffaċċjaw kundizzjonijiet serji ta’ saħħa u mard terminali, u rrikonoxxiet ukoll l-appoġġ li din l-għaqda mhux governattiva tagħti lill-qraba tagħhom.”
Nirringrazzjaw lil kull min qed jagħti l-appoġġ tiegħu f’din il-maratona, biex b’hekk ngħinu persuni li jkollhom bżonn lil Hospice Malta.
Facebook / Myriam Spiteri Debono