Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Records tkellmu dwar rekord nazzjonali ġdid li ġie mwaqqaf riċentament.
Huma qalu, “Bħal kull nhar ta’ Ħadd, The Malta Records illum konna preżenti waqt il-programm ‘Bonġu Malta’ sabiex nippreżentaw rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin. L-ikbar karozza bil-body tal-injam li tinstaq fit-toroq Maltin bil-liċenzja ta’ Transport Malta, b’tul ta’ 3.50 metri, wisa’ ta’ 1.60 metri u għoli ta’ 1.20 metri.”
Żiedu, “Dan ir-rekord nazzjonali ġdid ġie mwaqqaf minn Charles Caruana u l-karozza bl-isem ta’ Woodenbird tinżamm ġo garaxx f’Ħal Għaxaq. Ir-rekord sar waqt il-programm Bonġu Malta li kien imxandar dirett minn ġewwa Ħal Għaxaq għall-istazzjon nazzjonali televiżiv TVM.”
Prosit kbira!