Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Għaqda Mużikali Sant’ Elena A.D. 1919, Birkirkara tkellmu dwar Charlie Micallef li ngħata ġieħ mistħoqq riċentament.
Huma qalu, “Ilbieraħ, waqt il-Programm Annwali, ingħata ġieħ mistħoqq lil Charlie Micallef. Charlie mużiċist dedikat għal 75 sena sħaħ fi ħdan il-Banda, serva wkoll bħala membru fil-Kumitat. Huwa kien il-moħħ wara l-majjorettes fis-snin 80 u 90, u okkupa l-kariga ta’ Direttur tal-Każin għal diversi snin b’impenn u viżjoni kbira.”
Żiedu jgħidu, “Barra minn hekk, kien strumentali f’diversi proġetti infrastrutturali u ambizzjużi li sawru lill-Għaqda kif nafuha llum. Nirringrazzjawh mill-qalb tas-servizz u d-dedikazzjoni tiegħu matul dawn is-snin kollha. Il-kontribut tiegħu jibqa’ mnaqqax fl-istorja tal-Għaqda Mużikali Sant’ Elena.”