Bil-Filmat: “Tnax-il Sena Ilu, Esperjenzajt Telfa Li Bidlitni Fis-Skiet” – Melanie Kelly

Il-preżentatriċi Melanie Kelly qasmet filmat dwar mumenti iebsin li għaddiet minnhom bħal daż-żmien 12-il sena ilu. Hi qasmet messaġġ minn qalbha, bil-għan li tagħmel kuraġġ lil dawk in-nisa kollha li għaddejjin minn dan l-episodju diffiċli.

“Tnax-il sena ilu, esperjenzajt telfa li biddlitni fis-skiet. Mhux kulħadd kien jaf. Mhux kulħadd ra. Imma baqgħet… fil-mod kif inħossni, fil-mod kif inħobb, fil-mod kif inżomm il-ħajja ftit aktar soda. Xi telfiet ma jitilqukx bl-istorbju. Jibqgħu, u jsawru bil-mod min aħna. Eve.”

Fil-filmat iżżomm fi ħsibijietha lin-nisa kollha li għaddew jew għaddejjin mill-korriment. Tħeġġeġ lin-nies biex ikunu hemm għalihom u jieħdu ħsiebhom.

“Ħudu ħsiebhom lil dawk in-nisa li għaddejjin jew għaddew minn korriment. Għandhom bżonn l-għajnuna tagħkom.”

Tgħanniqa għal Melanie.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI