L-għalliema tal-kant Gillian Attard qasmet mas-segwaċi tagħha kapitlu ġdid eċitanti f’ħajjitha. Hi bħalissa qed tipprepara biex tiżżewweġ lill-imħabba ta’ ħajjitha u għalhekk illum kellha l-festin ta’ qabel l-għerusija, magħruf bħala l-bachelorette party.
Fuq il-paġna tagħha kitbet, “Illum qed niċċelebra l-bachelorette party tiegħi. Ġurnata mimlija mħabba, daħk, u memorji tal-ġenn. Qed niċċelebra dan il-kapitlu speċjali qabel ngħid ‘Iva’. Qed inħossni grata għal kull ruħ sabiħa li qed taqsam dan il-mument miegħi. Ejja nibdew iċ-ċelebrazzjoni!”
Għal dan il-festin speċjali hi libset libsa bajda l-ġmiel tagħha u t-tbissima fuq fommha tixhed il-ferħ kollu li għandha f’qalbha.
Nifirħulha għal dan il-kapitlu ġdid f’ħajjitha. Ninsabu ħerqanin immens għall-ġurnata speċjali tagħha!
Facebook / Gillian Attard