Illum jiċċelebra għeluq sninu l-kantant u kompożitur Paul Giordimaina. Paul irrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-1991 ma’ Georgina filwaqt li fl-2011 hu kkompona l-kanzunetta One Life ta’ Glen Vella.
Fleur Balzan kitbitu messaġġ ta’ gratitudni u mħabba f’dan il-jum waqt li awguratlu.
“Awguri f’għeluq sninek Paul… Jiena tant grata li qed naqsam ħajti miegħek! Grazzi għal dak kollu li tagħmel għalija u għall-għeżież tiegħi u grazzi speċjali għall-appoġġ tiegħek matul din l-aħħar sena. Inħobbok b’mod esaġerat.”
Fleur qasmet anke ritratt ta’ Paul għall-okkażjoni. Awguri mill-qalb Paul! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!
Facebook/ Fleur Balzan