Il-kantant lokali Kevin Borg għamel id-debutt tiegħu fil-Ġirja t’Għawdex u kienet esperjenza li żgur mhux se jinsa. Din is-sena, il-kompetizzjoni laħqet il-51 edizzjoni tagħha u attirat mijiet ta’ parteċipanti, iżda għal Kevin kienet aktar minn sempliċi tiġrija – kienet sfida personali mimlija sodisfazzjon.
Fl-ewwel tentattiv tiegħu, Kevin irnexxielu jikseb riżultat impressjonanti, fejn spiċċa fost l-aqwa 100 minn total ta’ madwar 400 parteċipant.
“Irnexxieli nasal mal-aqwa 100 minn total ta’ 400 parteċipant fl-ewwel tentattiv tiegħi. Inħobbu l’Għawdex. Grazzi lill-ħabib kbir tiegħi Christian talli introduċieni għal dan u lil marti għall-appoġġ tagħha. Is-sena d-dieħla qalet li se tingħaqad magħna.”
Il-Ġirja t’Għawdex tibqa’ avveniment li mhux biss jesponi l-ħila fiżika tal-parteċipanti, iżda wkoll iġib flimkien komunità ta’ nies li jaqsmu passjoni għall-isport u l-avventura.
Facebook/ Kevin Borg