L-Awtriċi Famuża B’1.3 Miljun Segwaċi Fuq Il-Midja Soċjali, Barbara O’Neill, Iżżur Ħanut F’Għawdex!

Maria u Barbara

L-awtriċi u edukatriċi famuża Barbara O’Neill, li għandha madwar 1.3 miljun segwaċi fuq il-midja soċjali, qasmet esperjenza sabiħa li kellha waqt żjara tagħha f’Għawdex.

Fuq il-paġna ta’ Facebook, irrakkuntat kif meta daħlet f’ħanut tal-bizzilla fiċ-Ċittadella, ħassha tant milqugħa minn Maria, li mill-ewwel għarfitha.

Maria esprimiet il-ferħ tagħha meta rat lil Barbara, u qaltilha li ilha ssegwi l-kontenut tagħha dwar is-saħħa għal snin twal.

Saħansitra, qasmet storja personali impressjonanti, fejn użat il-pjanta comfrey għal fini ta’ fejqan.

“Hekk kif komplejna nitkellmu, skoprejna li kienet Awstraljana u għexet viċin meta kienet tifla, u b’hekk il-laqgħa nħasset saħansitra aktar speċjali. Kien ta’ pjaċir kbir li nara l-imħabba u d-dedikazzjoni f’kull biċċa bizzilla Għawdxija. X’esperjenza!”

Barbara qasmet anke ritratt flimkien ma’ Maria għall-okkażjoni!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI