F’Marzu li għadda AIDAN, l-ambaxxatur Malti għall-Eurovision 2026, uffiċjalment nieda t-tieni studio album tiegħu, Cowboys Don’t Cry, li sal-lum laħaq 2,000,0000 semmiegħa.
L-album kien minnufih disponibbli fuq il-pjattaformi ewlenin kollha bħal Spotify, YouTube u Apple Music fl-20 ta’ Marzu 2026.
Dwar dan l-album, AIDAN stqarr li dan ix-xogħol juri naħa aktar matura u onesta tiegħu, kemm fuq livell mużikali kif ukoll personali, fejn fih l-emozzjonijiet kollha tiegħu wara sentejn ta’ ħidma intensiva flimkien mat-tim tiegħu.
Dan l-album kien kapitlu ġdid li wera l-apprezzament tiegħu għas-sapport kbir li qed jirċievi minn dilettanti tal-mużika f’Malta, fl-Ewropa u fl-Awstralja, filwaqt li sostna li dan il-proġett huwa ħolma li saret realtà.
L-album Cowboys Don’t Cry joffri 12-il silta ġdida, inklużi l-favoriti Bella u Taste, li ntgħażlu minn fost aktar minn 60 kanzunetta li AIDAN kiteb biex juri l-evoluzzjoni artistika tiegħu, u l-album huwa disponibbli issa fuq il-pjattaformi kollha.
AIDAN ser jirrappreżenta lil pajjiżna ġewwa Vienna propju ħmistax oħra.