“Jekk Alla Jrid!” – Luke Agius U S-Sieħba Tiegħu Qed Jistennew Tarbija

Il-mużiċist lokali Luke Agius ħabbar aħbar sabiħa u mimlija tama fuq il-midja soċjali, hekk kif qasam ritratt ta’ ultrasound biex jikkonferma li hu u s-sieħba tiegħu qed jistennew tarbija.

Fil-messaġġ li akkumpanja r-ritratt, Luke kiteb, “Jekk Alla jrid! Avventura ġdida u eċċitanti qed tistenniena. Nittamaw li kollox imur tajjeb”, kliem sempliċi iżda mimli emozzjoni li immedjatament laqat lil dawk li jsegwuh.



Din l-aħbar ġiet milqugħa b’għadd kbir ta’ kummenti ta’ ferħ u awguri minn segwaċi, ħbieb u kollegi fix-xena mużikali lokali, li ma qagħdux lura milli jesprimu s-sapport tagħhom għal din il-fażi ġdida fil-ħajja tiegħu.



Għal Luke u s-sieħba tiegħu, din tidher li se jkun il-bidu ta’ kapitlu ġdid mimli sfidi, mumenti sbieħ u memorji li żgur se jibqgħu magħhom għal dejjem. L-aħbar ta’ tarbija ġdida dejjem iġġib magħha sens ta’ tama u ferħ.

Aħna ningħaqdu mal-awguri li qed jaslu minn kull rokna, u nawguraw lil Luke u s-sieħba tiegħu kull ġid f’din l-avventura sabiħa li tinsab quddiemhom.



Ritratti:

Facebook / Luke Agius

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI