“Inkreddibilment Fortunata Li Naqsam Ħajti Miegħek!” – Il-Preżentatriċi Doriana Zammit Portelli B’Messaġġ T’Apprezzament

Il-preżentatriċi lokali Doriana Zammit Portelli kitbet messaġġ ta’ ringrazzjament u apprezzament fuq il-paġna tagħha, lejn l-għażiż raġel tagħha biex turih kemm ifisser għaliha. Dan wara li lbieraħ kitbet li kienu qed jiċċelebraw l-ewwel anniversarju tagħhom flimkien.

Hi kitbet, “Ritratt ilbieraħ fit-tard, li jfisser ħafna għalija. L-impenji u x-xogħol tiegħi fil-qasam tal-futbol lokali ħabtu mal-ewwel anniversarju tagħna, u f’din is-sitwazzjoni sibt raġel li jifhimni, jissapportjani u dejjem miegħi f’kull deċiżjoni li nieħdu. Inkreddibilment fortunata li naqsam ħajti miegħek!”



Ma tistax ma tiggustahomx. L-istorja wara dan ir-ritratt turi biċ-ċar l-imħabba ġenwina li hemm bejniethom. Nisperaw li kellhom anniversarju mill-isbaħ u nawgurawlhom għal iktar imħabba u ferħ fil-ġejjieni!





Ritratti:

Facebook / Doriana Zammit Portelli

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI