“Meta Vera Jkun Lest, Se Naċċertaw Ruħna Li Jsib Familja Li Se Tifhmu” – L-AAA Issalva Kelb Ieħor

L-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati tlaqqa’ lis-segwaċi tagħha ma’ kelb ġdid fis-santwarju.

Huma spjegaw, “Daħal wieħed ġdid din il-ġimgħa. Għadu qed jieħu ħinu biex jikkalma wara li ġie abbandunat, u qed nagħtuh l-ispazju kollu, paċenzja, u l-attenzjoni li għandu bżonn biex jerġa’ jħossu sigur. Kollox madwaru huwa ġdid, u mhux se jafda mil-lum għal għada, imma ma’ kull ġurnata, aħna qed ninkoraġġuh biex jagħmel passi ‘l quddiem. Meta vera jkun lest, se naċċertaw ruħna li jsib familja li se tifhmu u tkompli dan il-vjaġġ miegħu, bil-pass tiegħu.”



Għandu għajnejh il-ġmiel tagħhom, b’waħda kannella u l-oħra kaħlanija, u jirriflettu t-tbatija li ra f’ħajtu. Nitolbu li jsib il-familja li vera tixraqlu!





Ritratti:

Facebook / Association for Abandoned Animals

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI