“Is-Soċjetà Filarmonika La Stella Tinsab F’Luttu Fl-Aħbar Tat-Telfa Tas-Sur Dolindo Cassar” – Soċjetà Filarmonika La Stella

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom Soċjetà Filarmonika La Stella sellmu l-memorja tas-Sur Dolindo Cassar li ħalliena riċentament.

Huma qalu, “Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tinsab f’ luttu fl-aħbar tat-telfa tas-Sur Dolindo Cassar, eks President, li għex ħajja ta’ servizz għas-Soċjetà La Stella u t-Teatru Astra.”

Żiedu, “Il-Banda Ċittadina La Stella ser tipparteċipa fil-korteo funebri nhar it-Tlieta 5 ta’ Mejju, fil-4.45pm, minn Triq ir-Repubblika, qabel l-quddiesa funebri li ser issir fil-Bażilika ta’ San Ġorġ fil-5.30pm. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem. Is-Soċjeta’ twassal l-kondoljanzi lill-familjari u ħbieb.”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi lill-familja kollha.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI