Fuq il-paġna uffiċjali Il-Malti fl-UM kitbu dwar l-irtirar ta’ Prof. Manwel Mifsud. Bosta kkummentaw biex jesprimu kemm huma grati lejn il-ħidma kontinwa tiegħu.
“Il-Prof. Manwel Mifsud irtira mill-ħidma tiegħu fid-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta fl-aħħar ta’ Settembru 2025. Ritratt meħud minn Elisa von Brockdorff waqt ċelebrazzjoni ta’ nofs seklu ta’ ħidma fid-29 ta’ April 2026.”
Fost il-kummenti kien hemm min semma anke kemm bil-kuraġġ tiegħu waslu fejn xtaqu. Nawgurawlu minn qalbna!