Illum Tiċċelebra Għeluq Sninha L-Kantanta B’Vuċi Tad-Deheb Raquela – Awguri Mill-Qalb!

Illum il-kantanta lokali Raquela qed tiċċelebra għeluq sninha, okkażjoni speċjali li qed tiġi mfakkra wkoll minn dawk li jsegwu l-karriera tagħha u japprezzaw it-talent tagħha fix-xena mużikali lokali.

Riċentement rajna lil Raquela tispikka waqt is-serata tal-klassiċi tal-Mużika Mużika, fejn ħadet sehem f’interpretazzjoni emozzjonanti tal-kanzunetta Fejn Il-Baħar flimkien mal-kantant Daniel Cauchi. Din il-prestazzjoni ġiet milqugħa tajjeb mill-udjenza, li apprezzat kemm il-vuċi kif ukoll l-espressjoni artistika tat-tnejn.

Raquela ilha tagħmel isem għaliha permezz ta’ prestazzjonijiet konsistenti u stil distint, li jkompli jikkonferma l-post tagħha fost il-kantanti promettenti fil-mużika Maltija. Il-parteċipazzjoni tagħha f’avvenimenti bħal Malta Eurovision, Rockestra u aktar riċenti fis-serata tal-klassiċi ta’ Mużika Mużika juru t-talent sabiħ li għandha!

F’dan il-jum speċjali, ma jonqsux il-messaġġi ta’ awguri u apprezzament lejn Raquela, hekk kif ħafna jawgurawlha aktar suċċess fil-karriera tagħha u aktar mumenti sbieħ bħal dawk li rajna fuq il-palk.

Awguri mill-qalb Raquela!







Ritratti:

Facebook / Raquela Dalli Gonzi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI