Claudette Buttigieg fuq il-mezzi soċjali tagħha lbieraħ qasmet aħbar ta’ niket hekk kif ħabbret il-mewt ta’ missier żewġha, li miet fil-paċi lbieraħ stess.
F’messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali, hija kitbet, “Telfa tassew ta’ niket. Missier żewġi ħalla din id-dinja fil-paċi llum. Mhux se jibqa’ jbati aktar. Sakemm nerġgħu niltaqgħu, Turu.”
Diversi persuni sellmu l-memorja tiegħu fil-kummenti, filwaqt li bagħtu kliem ta’ kuraġġ u kondoljanzi lil Claudette Buttigieg u lill-familja tagħha f’dan il-mument diffiċli.
Minn hawn nagħtu wkoll il-kondoljanzi tagħna lill-familja kollha f’dan il-mument ta’ diqa għalihom. Strieħ fil-paċi Turu u kompli ħares fuq familtek minn fejn tinsab.
Facebook / Claudette Buttigieg