“Dak Li Deher Bħala Ostaklu, Sar L-Isbaħ Rigal” – Ira Losco Tiftaħ Qalbha Dwar It-Tqala Qabel Il-Eurovision

Il-kantanta Maltija Ira Losco qasmet messaġġ personali u emozzjonanti hekk kif resqin lejna kemm Jum l-Omm kif ukoll il-Eurovision. Ira tirrakkonta kif kienet skopriet li kienet tqila ftit ġimgħat biss qabel kellha tieħu sehem fil-finali nazzjonali tal-Eurovision.

Hija stqarret li dak iż-żmien, minflok ferħ immedjat, kienet ħasset li t-tqala kienet “l-agħar ħin possibbli”. Ira spjegat kif illum tħares lura u tifhem li dak is-sentiment kien ġej minn taħlita ta’ emozzjonijiet, il-pressjoni tal-kompetizzjoni u l-effett tal-kummenti fuq il-midja soċjali. Fakkret ukoll kif qattgħet l-ewwel Jum l-Omm tagħha fi Stockholm waqt il-Eurovision u li dak iż-żmien kienet għadha lanqas fehmet kompletament kemm ħajjitha kienet se tinbidel bil-wasla ta’ binha Harry.



Il-kantanta żiedet tgħid li dak iż-żmien kienet iffukata fuq il-mużika, album doppju li kellha tlesti u l-preparamenti kollha tal-karriera tagħha. Madankollu, illum tirrealizza kemm il-maternità bidlitilha ħajjitha għall-aħjar.



Ira temmet il-messaġġ tagħha billi qalet li binha taha sens ġdid lill-ħajja u għallimha tapprezza aktar kemm it-talent tagħha kif ukoll il-mumenti sempliċi tal-ħajja ta’ kuljum.“ Ma kontx naf kemm ħajti kienet se ssir aħjar,” kitbet, filwaqt li stqarret kemm tħobb lil Harry “b’qalbha kollha”.



Ritratti:

Fb/ Ira Losco

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI