Il-Kunsill Lokali tal-Birgu, permezz tas-Sindku Joe Boxall, ippreżenta kopji tal-kotba ‘Karamellu tar-Raħal t’Isfel’ lil Chev. Stefan Azzopardi, Kap tal-Iskola Primarja tal-Birgu, għat-tfal tar-raba’, il-ħames u s-sitt sena.
Il-kotba, miktub minn Charles Buttigieg u mżejna b’illustrazzjonijiet ta’ CN Creative Designs, jiġbru stejjer li jfakkru fil-ħajja sempliċi tat-tfal u l-familji snin ilu, f’komunità magħquda fejn kulħadd kien jaf lil kulħadd u l-praspar ma kinux jonqsu.
Fl-okkażjoni tal-5 ta’ Mejju 2026, l-awtur stess spjega lit-tfal kif dawn l-istejjer huma mibnija fuq l-esperjenzi tiegħu ta’ tfulitu, b’messaġġ ċar dwar il-valuri ta’ sempliċità, tagħlim u għajnuna reċiproka.

Is-Sindku Joe Boxall saħaq fuq l-importanza tal-qari u l-investiment fl-edukazzjoni bħala pedament għal futur aħjar għall-lokalità.
Chev. Stefan Azzopardi rringrazzja lill-Kunsill u qal li l-kotba se jgħinu lill-istudenti jifhmu aħjar il-passat u japprezzaw aktar il-preżent.