L-awtur Malti Gerard James Borg ħabbar aħbar sabiħa mas-segwaċi tiegħu hekk kif illum ħarġet kanzunetta ġdida li kiteb flimkien ma’ tim internazzjonali ta’ artisti u produtturi, għall-kantanta rebbieħa tal-Eurovision Charlotte Perrelli.
Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, Gerard kiteb: “Boom! Illum ħarġet kanzunetta li ktibt flimkien għal rebbieħa tal-Eurovision Charlotte Perrelli, ma’ tim tassew b’talent.”
Fil-post tiegħu semma wkoll lill-kollaboraturi li ħadem magħhom fuq dan il-proġett, fosthom Janett Jensen, Andreas Stone, Mats Ygfros u Agnes Ovuka.
Gerard James Borg huwa magħruf sew fix-xena tal-Eurovision, hekk kif kiteb diversi kanzunetti għal Malta fil-Eurovision Song Contest matul is-snin. Mhux biss, iżda kellu wkoll kanzunetta li rrappreżenta lir-Russja wkoll.
Din il-kollaborazzjoni ma’ Charlotte Perrelli tkompli żżid mal-lista ta’ suċċessi u proġetti internazzjonali fil-karriera tiegħu.
Facebook / Gerard James Borg