Rose Hija R-Rebbieħa Tat-Tieni Ġimgħa Ta’ Come Dine With Me Malta

Wara ġimgħa ta’ tisjir, ilbieraħ tħabbar li Rose hi r-rebbieħa tat-tieni ġimgħa ta’ Come Dine With Me Malta u għalhekk ħadet magħha l-premju ta’ €1,000 fi flus kontanti.

Ftit wara li ngħatat l-aħbar li hi r-rebbieħa, Rose esprimiet il-gratitudni speċjali tagħha lejn bintha li fi kliemha tfisser kif “kienet hi li ħeġġitni sabiex nieħu sehem u baqgħet temmen fija”.

Rose ġiet fl-ewwel post segwita minn Mikhail u Nick li kklassifikaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament.







Ritratti:

TVMi / Come Dine With Me Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI