Jiġbor €1,106 Waqt Il-Vjaġġ Tiegħu Fi Sqallija B’Risq Xelters Tal-Annimali

vjaġġ fi Sqallija

Iċ-ċiklista lokali Giovanni Zarb ħabbar li permezz tal-isfida ta’ rota ta’ karità li għamel fi Sqallija, inġabru total ta’ €1,106 sabiex jgħinu annimali fil-bżonn.

Giovanni spjega li kull donazzjoni li nġabret intużat biex tappoġġja diversi gruppi u għaqdiet li jaħdmu favur il-ħarsien u l-kura tal-annimali, fosthom Angel for Paws, Kitty Guardians for Strays, Rescued Cats, Kitty Paws Protector u Paws for Cause.



Huwa ddeskriva din bħala l-ewwel sfida tiegħu ta’ ċikliżmu b’għan ta’ karità u qal li din l-esperjenza uriet kemm jista’ jkun qawwi l-appoġġ tan-nies.



“Se nkompli nagħmel aktar rikbiet u sfidi ta’ karità fil-futur qarib, bil-għan li nilħaq aktar nies, inżid id-donazzjonijiet, u ngħin aktar xelters.”

Giovanni temm jgħid li fil-futur beħsiebu jkompli jagħmel aktar sfidi u vjaġġi ta’ karità, bil-għan li jilħaq aktar nies, iżid id-donazzjonijiet u jgħin aktar rescuers u xelters tal-annimali.



Ritratti:

Facebook/ Giovanni Zarb

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI