L-MP Jerome Caruana Cilia, għada jiċċelebra jum għeluq sninu, iżda lejlet din il-ġurnata speċjali għalih jiftakar b’dieqa fl-għażiż Dun Rene Cilia li ħalla din id-dinja ħabta u sabta ftit tas-snin ilu wara aċċident.
Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu kitiblu, “Bhal-lum, lejlet li niċċelebra għeluq snini, niftakar fit-telefonata, messaġġ jew żjara li kont tagħmilli kull sena Dun Rene A. Cilia. Persuna mimli enerġija u ta’ karżima. Ma ninsewk qatt kuġin.”
Jistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-missier. Il-memorja tiegħu u l-qalb tajba, kif ukoll it-tbissima ġenwina tiegħu ma ninsewhom qatt. Telaq wisq kmieni iżda ħalla mpatt kbir fuq ħajjitna.
Facebook / Jerome Caruana Cilia