L-atleta Fabio Spiteri qed jieħu sehem f’Decathlon diffiċli mmens, bil-għan li jiġbor il-flus għall-annimali u jagħmel lil pajjiżna kburi. Ilu tlettax -il ġurnata għaddej u wara għawm, u ċikliżmu, issa wasal għall-aħħar fażi, il-ġiri.
KItbu, “Waslet tmiem it-tlettax -il gurnata. Bħalissa qiegħed fit-tieni post.”
Fuq il-paġna ħabbar li llum hu rnexxielu jiġri 81 kilometru.
Żiedu jgħidu, “Din hi l-parti diffiċli tal-ġirja issa, imma s’issa l-pjan għadu miexi miegħu u Fabio għadu b’saħħtu. Grazzi lil kull min qed jagħtina l-appoġġ matul dan il-vjaġġ.”
Nawgurawlu għall-kuraġġ tiegħu. Qed jikseb riżultati tal-ġenn u m’għandniex dubju li se jirnexxielu jtemm din il-ġirja b’wiċċ il-ġid. Aħna warajk Fabio!
Facebook / Fabio Spiteri