Il-Junior Eurovision Song Contest 2026 Ħa Jsir F’Malta F’Ottubru Li Ġej!

JESC

Malta se tkun il-pajjiż ospitanti tal-Junior Eurovision Song Contest 2026, hekk kif tħabbar uffiċjalment li l-24 edizzjoni tal-festival se ssir proprju f’pajjiżna. L-avveniment tant mistenni se jittella’ nhar is-Sibt 24 ta’ Ottubru 2026 ġewwa Ta’ Qali, u mistenni jiġbed lejh eluf ta’ partitarji, delegazzjonijiet u ġurnalisti minn madwar l-Ewropa kollha. Din se tkun okkażjoni oħra importanti biex Malta turi t-talent, il-kultura u l-ospitalità tagħha fuq palk internazzjonali.

Din mhix l-ewwel darba li Malta se tospita l-Junior Eurovision, hekk kif pajjiżna diġà organizza l-festival b’suċċess fis-snin li għaddew. L-aħbar ġiet milqugħa b’entużjażmu kbir fost il-partitarji tal-Eurovision, speċjalment wara s-suċċessi li Malta kisbet fil-kompetizzjoni matul dawn l-aħħar snin. Issa l-preparamenti huma mistennija jibdew fix-xhur li ġejjin sabiex Ta’ Qali jilqa’ wieħed mill-akbar avvenimenti mużikali għaż-żgħażagħ fl-Ewropa.







Ritratti:

Facebook/ Eurovision Song Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI