“L-Islanders Huma Nies Bħalna Mhux Isem Biss… Ftakru Biex Tkunu Ġentili” – Appell Mit-Tim Ta’ Love Island Malta

Islanders 2026

Hekk kif ninsabu biss jumejn ‘il bogħod mill-bidu tar-raba’ staġun ta’ Love Island Malta, it-tim tal-produzzjoni xtaq jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku.

Hi xi ħaġa kompletament normali li nikkummentaw jew nirreaġixxu għal xi ħaġa li tintqal jew li ssir fil-villa waqt produzzjoni bħal Love Island Malta, u ma jistax ikun li taqbel ma’ kulħadd. Madanakollu, biex tesprimi opinjoni m’hemmx bżonn tkun iebes u dispreġġattiv.

It-tim jikteb, “Nieħdu gost bid-drama, bit-twist, bil-fjamma, iżda kunu ġentili. L-islanders huma nies bħalna mhux isem biss… ftakru biex tkunu ġentili.”

Huma jappellaw biex dak li jkun qabel jikkummenta, kif hu liberu li jagħmel, jaħseb darbtejn il-kliem li juża.







Ritratti:

Facebook/ Love Island Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI