Il-kantant lokali tant u tant maħbub, Kevin Borg, kellu l-unur li jkanta fil-funeral ta’ Mr Roderick Grech. Hu ddedikalu kelmtejn fuq il-paġna tiegħu.
Kitiblu, “Ftit tal-minuti ilu kelli l-unur li nkanta fil-Funeral ta Mr Roderick Grech li ħalla din id-dinja ta’ eta’ zghira ta 40sena biss. Kienu ħafna dawk li ġew jagħtu l-aħħar tislima lilu u l-emozzjonijiet verament kienu kbar. Minn qalbi nixtieq nagħti l-kondoljanzi tiegħi lill-familja u ħbieb kollha tiegħu. Strieħ fis-sliem għażiż Roderick.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb tal-għażiż Roderick Grech. Jistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-Missier. Il-memorja tiegħu tibqa’ fi qlubna għal dejjem.
Facebook / Kevin Borg