Xhur ta’ stennija u preparazzjoni llejla se jkunu qiegħdin jilħqu l-qofol tagħhom fis-serata finali tas-70 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest.
Malta se tkun qiegħda tieħu sehem f’din is-serata wara li l-Ħamis li għadda kienet fost dawk il-pajjiżi li rnexxielu jgħaddi għall-fażi li jmiss.
Ftit sigħat qabel il-bidu ta’ din is-serata, id-djar tal-imħatri qed jantiċipaw li l-kanzunetta Maltija ‘Bella’ hi l-għaxar l-iżjed probabbli li tirbaħ dan il-konkors mużikali li jattira l-interess ta’ miljuni minn madwar id-dinja kollha.
Facebook / AIDAN