“It-Tlieta 19 Ta’ Mejju Xemxi B’Riħ Forza 4 Għal 5 Majjistral Li Jitla’ Forza 6 Majjistral” – Aġġornament Tat-Temp

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Aġġornament tat-Temp qasmu mas-segwaċi it-temp previst għall-ġimgħha li ġejja, fejn mistenni temp bnazzi.

Huma qalu, “Temp aġġornat għal din il-ġimgħa li ġejja; It-Tnejn 18 ta’ Mejju biċċa ‘l kbira xemxi u b’riħ ħafif forza 3 Lvant. It-Tlieta 19 ta’ Mejju xemxi b’riħ forza 4 għal 5 majjistral li jitla forza 6 majjistral. L-Erbgħa 20 ta’ Mejju ftit imsaħħab u b’riħ forza 4 għal 3 punent majjistru. Il-Ħamis 21 ta’ Mejju xemxi b’riħ forza 2 punent.”

Għal tmiem il-ġimgħa huma qalu, “Il-ġimgħa 22 ta’ Mejju xemxi b’riħ forza 2 punent. Is-Sibt 23 ta’ Mejju xemxi b’riħ forza 2 għal 3 lbiċ. Il-Ħadd 24 ta’ Mejju xemxi b’riħ forza 2 lbiċ.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI