“Għandna Bżonn Voluntiera Biex Jgħinu Fit-Tħejjija Għall-Avveniment U Matul Il-Maratona Tal-Volleyball Ta’ 53 Siegħa.” – Id-Dar Tal-Providenza

Dar tal-Providenza

Id-Dar tal-Providenza appellat għall-għajnuna tal-pubbliku hekk kif għaddejjin il-preparamenti għall-edizzjoni tal-2026 tal-BOV Volleyball Marathon.

Hu mistenni jkun l-aktar wieħed ambizzjuż s’issa. F’messaġġ li ttella’ fuq il-paġna uffiċjali tagħha, Id-Dar tal-Providenza ħeġġet lil dawk interessati biex jingħaqdu bħala voluntiera kemm fil-ġimgħat ta’ qabel l-avveniment kif ukoll matul il-maratona ta’ volleyball ta’ 53 siegħa.

L-organizzaturi spjegaw li l-għajnuna tal-voluntiera hija essenzjali biex l-avveniment ikun suċċess u biex jitkompla jinġabar appoġġ għall-ħidma li twettaq Id-Dar tal-Providenza.

Kull min jista’ jagħti ftit mill-ħin tiegħu qed jintalab jimla l-formola online sabiex jingħaqad mat-tim tal-voluntiera.

Il-BOV Volleyball Marathon tibqa’ waħda mill-akbar inizjattivi ta’ ġbir ta’ fondi f’Malta, li kull sena tiġbed lejha mijiet ta’ voluntiera u sostenituri għal kawża nobbli.







Ritratti:

Facebook/ Dar Tal-Providenza Siggiewi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI