Studenti mir-raba’ sena ta’ skola primarja fil-Blata l-Bajda kellhom l-opportunità li jitgħallmu jaqraw bil-braille wara żjara mingħand Melania; tifla li hi nieqsa mid-dawl u waħda mill-passjonijiet tagħha hi proprju l-qari. Permezz tas-sistema tal-braille, Melania minkejja l-limitazzjonijiet tagħha, xorta waħda tista’ tippratika din il-passjoni li tant hi għal qalbha.
Mal-istudenti, Melania tkellmet ukoll dwar il-ħajja tagħha ta’ kuljum, bl-istudenti għaldaqstant kellhom l-opportunità li jirrikonoxxu iżjed minn qatt qabel l-importanza tal-inklużjoni u li wieħed jagħraf l-abbiltajiet ta’ dawk ta’ madwaru, mhux l-isfidi li jxekkluhom ta’ kuljum.
Fost oħrajn, l-istudenti tgħallmu jaqraw kliem sempliċi bħal ‘tgħanniqa’ kif ukoll ‘paċi’ bis-sistema tant straordinarja tal-braille.
Facebook / The Malta Trust Foundation