Kontroversja Wara Li Malta Tat 7 Punti Bit-Televoting Lill-Iżrael – Intom X’Taħsbu?

Għadu kif ġie żvelat kif il-poplu Malti vvota fis-serata finali tal-Eurovision li seħħet is-Sibt li għadda. Jirriżulta li permezz tat-televoting, Malta tat tnax-il punt lill-Italja, għaxra lill-Awstralja, tmienja lill-Bulgarija, sebgħa lill-Iżrael, sitta lill-Albanija, ħamsa lir-Rumanija, erbgħa lill-Finlandja, tlieta liċ-Ċipru, tnejn lill-Greċja u wieħed lis-Serbja.

Meta dan ir-riżultat ittella’ mill-paġna lokali Eurovision Fans Malta tqanqal dibattitu dwar il-fatt li mit-televoting Malti ngħataw seba’ punti lill-Iżrael li s-sehem tiegħu fil-Eurovision għal din is-sena diġà kien wieħed kontroversjali minħabba raġunijiet umanitarji. Minħabba f’hekk, għadd ta’ pajjiżi fosthom Spanja, l-Olanda, l-Irlanda, l-Islanda u l-Islovenja għażlu li jagħmlu bojkott għal din is-sena.

Intant, fis-sezzjoni tal-kummenti kien hemm taħlita ta’ opinjonijiet; kien hemm min appoġja din id-deċiżjoni filwaqt li oħrajn esprimew id-diżappunt tagħhom li pajjiżna ta daqstant punti lill-Iżrael bit-televoting.



Intom x’taħsbu dwar dan?





Ritratti:

YouTube / Eurovision Song Contest u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI