L-ewwel drama romantika ta’ Love Island Malta diġà bdiet, hekk kif Melina kellha tieħu deċiżjoni li tagħżel bejn Zack u l-bombshell il-ġdid Giuseppe.
Giuseppe daħal fil-villa proprju fl-ewwel jum tal-programm wara l-parteċipanti u għażel lil Melina għall-ewwel date tiegħu. Din il-mossa mill-ewwel qajmet kurżità fost il-kontestanti u t-telespettaturi, speċjalment minħabba li ħafna qalu li Giuseppe qed jilgħab il-logħba!
Madankollu, Melina kienet diġà f’koppja ma’ Zack wara li l-logħba inizjali li biha ġew magħżula l-koppji tal-ewwel ġurnata poġġiethom flimkien. Meta wasal il-mument deċiżiv, Melina kellha tagħżel ma’ min ridet tkompli l-esperjenza tagħha fil-villa f’dan l-istadji bikri tal-kompetizzjoni u ddeċidiet li tibqa’ ma’ Zack.
Id-deċiżjoni tagħha fissret li Giuseppe spiċċa vulnerabbli fil-kompetizzjoni, b’riskju li jkun wieħed mill-ewwel kontestanti li jitlaq mill-villa jekk ma jirnexxilux joħloq konnessjoni oħra.
Il-mument ħalla tensjoni evidenti fost il-kontestanti, hekk kif ħafna issa qed jistaqsu jekk Giuseppe hux se jirnexxilu jdawwar is-sitwazzjoni favurih jew jekk din id-deċiżjoni hix se tkun bidu diffiċli wisq għalih ġewwa l-villa.
B’dan l-ewwel triangolu romantiku, jidher ċar li din is-sena ta’ Love Island Malta diġà bdiet b’doża qawwija ta’ drama, emozzjonijiet u deċiżjonijiet diffiċli.
Araw il-filmat HAWN!
Facebook / Love Island Malta