Il-Ministru Miriam Dalli qasmet mument personali u emozzjonanti mas-segwaċi tagħha fuq il-midja soċjali hekk kif tellgħet filmat marbut ma’ għeluq sninha. Fil-post tagħha, Miriam kitbet, “Jack u Kane huma kollox għalija. Grazzi ta’ din is-sorpiża tal-birthday. Inħobbkom ħafna.”
Il-filmat juri sorpriża ħelwa organizzata minn uliedha, Jack u Kane, li jidher li għamlu dan il-jum wieħed tassew speċjali għaliha. Il-messaġġ qanqal ħafna reazzjonijiet pożittivi mingħand persuni li segwew il-post, b’ħafna jikkummentaw dwar il-ħlewwa tal-familja u l-imħabba li tidher bejn omm u wliedha.
Mhux l-ewwel darba li Miriam Dalli tagħti lill-pubbliku mumenti aktar personali mill-ħajja tagħha ta’ kuljum, fejn ħafna drabi turi kemm il-familja għandha post importanti f’ħajjitha minkejja l-impenji politiċi tagħha. Araw il-filmat HAWN!
Awguri!
Facebook / Miriam Dalli