“Naf Li Jekk Nieqaf Ngħin, Bosta Klieb Se Jibqgħu Jgħixu Fit-Tbatija” – L-Attivista Althea Galea

F’intervista waqt TVAM mal-preżentatriċi Dorianne Mamo, l-attivista tal-annimali Althea Galea tkellmet dwar kif matul dawn l-aħħar snin għażlet li tiddedika ħajjitha sabiex issalva kemm tista’ annimali li jkunu qed ibatu wara li ġew abbandunati mis-sidien tagħhom.

Althea tirrakkonta kif kien proprju 11-il sena ilu li skopriet bit-tbatija li jgħaddu minnha bosta klieb meta għażlet li taddotta kelba partikolari minn Sqallija li kienet abbandunata.

Hi ssemmi li wara dakinhar, flimkien ma’ attivisti oħrajn, kienet bdiet tgħin iżjed minn dawn l-annimali billi bdiet tħeġġeġ il-familji Maltin sabiex jaddotawhom.

L-attivista Maltija tirrikonoxxi li s-sitwazzjoni llum il-ġurnata għaliha saret waħda ferm iżjed inkwetanti għaliex filwaqt li fil-passat kienet biss passjoni għaliha, illum il-ġurnata, filwaqt li xorta waħda din il-ħidma għadha tagħtiha sodisfazzjon liema bħalu, madankollu tħoss li hu bżonn.

Althea tfisser kif f’għajnejha din il-ħidma hi waħda bżonnjuża għaliex ma tistax issib mistrieħ meta taf li kieku ma jkunx għaliha u għal bosta attivisti oħrajn, għadd kbir ta’ annimali abbandunati jibqgħu jgħixu fit-tbatija.



Prosit tassew, Althea!





Ritratti:

Facebook / TVAM u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI