Permezz ta’ messaġġ mimli emozzjoni fuq il-midja soċjali, Omar Rababah sellem lil ommu fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha filwaqt li fetaħ qalbu dwar iż-żmien diffiċli li bħalissa għaddejja minnu l-familja tiegħu.
Fil-messaġġ tiegħu, Omar iddeskriva lil ommu bħala “il-ħlewwa ta’ Mejju”, u qal li hi tibqa’ tagħtih is-saħħa u l-kuraġġ biex jibqa’ miexi ’l quddiem.
Hu żied jgħid li minkejja d-diffikultajiet, hemm ħafna nies li jħobbuhom, jemmnu fihom u jagħmlulhom kuraġġ kuljum. Omar sostna wkoll li din l-esperjenza qed tkompli tgħaqqadhom aktar bħala familja.
Fi tmiem il-messaġġ tiegħu, huwa awgura lil ommu u rringrazzjaha ta’ dak kollu li tagħmel għalihom kuljum, filwaqt li esprima kemm iħobbha.
Il-messaġġ ġibed ħafna reazzjonijiet ta’ appoġġ u kummenti pożittivi minn segwaċi tiegħu fuq il-midja soċjali. F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha sena mimlija saħħa, hena u paċi f’qalbha!
Facebook / Omar Rababah