Kersten Borg qasam messaġġ mimli mħabba u emozzjoni fl-okkażjoni ta’ għeluq snin martu, fejn sellem mhux biss lis-sieħba ta’ ħajtu iżda wkoll lill-omm ta’ ibnu, Kris.
Fuq il-midja soċjali, Kersten kiteb: “Illum niċċelebra mhux biss l-imħabba ta’ ħajti, imma wkoll l-omm mill-isbaħ li sirt għall-għażiż Kris tagħna.”
Huwa qal ukoll li minn meta martu saret omm, l-imħabba u l-ammirazzjoni tiegħu lejha kibru aktar minn qatt qabel.
“Li narak issir mummy għamlitni nħobbok u nammira iktar minn qatt qabel,” stqarr Kersten, filwaqt li faħħar “l-imħabba, is-saħħa u l-paċenzja” li tagħti lill-familja tagħhom ta’ kuljum.
Kersten ddeskriva lil martu bħala “s-sieħba tiegħi, l-akbar sapport tiegħi, u l-qalb tad-dar tagħna”, kliem li qanqal reazzjonijiet sbieħ mingħand dawk li segwew il-messaġġ tiegħu.
Il-messaġġ intemm b’dedikazzjoni sentimentali minn Kersten u minn ibnu Kris, fejn qalulha: “Inħobbuk bla tmiem.”
Facebook / Kersten Borg