Tliet aħwa nstabu mejta fil-baħar qrib il-bajja popolari ta’ Brighton fl-Ingilterra, f’każ li ħasad lill-pubbliku u li għadu qed jiġi investigat mill-pulizija. Il-vittmi ġew identifikati bħala Jane Adetoro ta’ 36 sena, Christina Walters ta’ 32 sena u Rebecca Walters ta’ 31 sena, kollha minn Londra.
Il-katavri tagħhom instabu kmieni filgħodu qrib Black Rock wara rapport ta’ persuna fil-baħar. Skont il-pulizija ta’ Sussex, s’issa m’hemm l-ebda indikazzjoni ta’ involviment kriminali jew ta’ foul play, iżda l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin sabiex jiġi stabbilit eżatt x’ġara.
Missierhom, Joseph, sellem il-memorja ta’ wliedu fejn qal li kienu “l-ferħ u s-saħħa” tal-familja. Il-pulizija qed tappella lil kull min seta’ ra lit-tliet nisa bejn it-12 u t-13 ta’ Mejju biex jagħti informazzjoni li tista’ tgħin fl-investigazzjoni.