“Xi Ħut Li Jinsab Fl-Ibħra Maltin Jista’ Jikkawża Ivvalenar Permezz Ta’ Tingiża, Speċjalment Jekk Jintrifes Jew Jinqabad Bl-Idejn” – Malta National Poisons Centre

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Malta National Poisons Centre qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit informazzjoni rigward x’għandu wieħed jagħmel jekk jitniggeż minn ħuta velenuża.

Huma qalu, “Xi ħut li jinsab fl-ibħra Maltin jista’ jikkawża ivvalenar permezz ta’ tingiża, speċjalment jekk jintrifes jew jinqabad bl-idejn. Eżempji komuni huma t-traċna u s-sawt, l-iskorfna u ċ-ċippullazza, il-qawsalla u l-boll. Dan il-ħut mhuwiex naturalment aggressiv, u ħafna mit-tingiż relatat jiġi kawża ta’ inċident – speċjalment f’ilma baxx jew waqt is-sajd.”

Żiedu jgħidu, “Is-sintomi jistgħu jinkludu: Uġigħ qawwi, nefħa u ħmura, dardir jew sturdament. X’għandek tagħmel? Oħroġ mill-ilma b’mod sigur. Aħsel iż-żona. Applika misħun (temperatura għolja imma tollerabbli) biex tnaqqas l-uġigħ. Evita li tmiss ħut li ma tagħrafx u oqgħod attent fejn tkun miexi fl-ilma baxx. Ċempel 1774 tniggiżt minn xi ħuta velenuża.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI