“Illum Niċċelebraw Lilha” – Il-Membru Parlamentari Mark Anthony Sammut Jawgura Lil Martu F’Għeluq Sninha!

Messaġġ mimli mħabba u apprezzament mill-Membru Parlamentari Mark Anthony Sammut lejn martu Diane fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha. Permezz ta’ post ħelu fuq il-midja soċjali, Mark Anthony sellem lil Diane b’kliem emozzjonanti fejn iddeskriviha bħala l-persuna li żżomm kollox għaddej minkejja “l-ġenn” tal-ħajja ta’ kuljum.



“Hija tagħti l-kulur lil kulma nagħmlu, iżżomm lili b’saqajja mal-art, u tibqa’ l-pedament fiss tagħna,” kiteb Mark Anthony fil-messaġġ tiegħu. Hu temm il-messaġġ b’awguri ta’ “Happy Birthday” u qal li hu flimkien ma’ Jack u Scarlett iħobbuha ħafna.



Il-post ġibed bosta kummenti sbieħ minn segwaċi u ħbieb tal-familja li ngħaqdu fl-awguri tagħhom lil Diane f’dan il-jum speċjali.



Ritratti:

Facebook / Mark Anthony Sammut

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI