Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-kantant Malti Kevin Borg qasam esprjenza riċenti fejn farfett abjad baqa’ jdur magħhom waqt li kienu qed iżuru lil ommijiethom fiċ-ċimitejru. Kemm il-darba sellem il-memorja tal-għażiża ommu, anke permezz tal-mużika. Infatti, Fl-2006, Kevin Borg kien ħa sehem fil-festival kanzunetta għall-Ewropa bil-kanzunetta ”You’re my dream”, kanzunetta kien iddedika lil ommu tant li fl-aħħar tal-interpretazzjoni kien ħares ‘l fuq u ta’ bewsa b’tislima lejha.
Hu qal, “għadna kemm żorna lil ommijietna fiċ-ċimiterju. Farfett abjad baqa’ jdur ħdejna tul il-ħin kollu. Jien nemmen li dan huwa kif huma jgħidulna li jinsabu dejjem magħna.”