Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Dipartiment tal-Informazzjoni qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit informazzjoni interessanti rigward is-Santwarju tal-Madonna tal-Ħniena li jinsab il-Qrendi.
Huma qalu, “Is-Santwarju tal-Madonna tal-Ħniena, fil-Qrendi oriġinarjament inbena fl-1250, iżda fl-1575 il-knisja kienet fi stat ħażin u ġiet dekonsagrata iżda d-devozzjoni baqgħet b’saħħitha tant li l-knisja reġgħet inbniet fis-sena 1650.”
Żiedu, “L-arkati tal-ġebel li naraw fuq barra tal-Knisja kienu jservu bħala post ta’ kenn mill-elementi għal dawk li kienu jivvjaġġaw mill-bogħod. Fuq barra tal-arkati tal-ġebel hemm niċeċ bi statwi ta’ Sant’Injazju, San Gejtanu, San Duminku u San Franġisk, filwaqt li fil-ġenb tal-bieb prinċipali wieħed isib lil San Pawl u San Ġwann Battista. Fil-knisja nsibu tlett altari. u l-altar prinċipali huwa rikk ħafna bi skultura fil-ġebel.”