Il-paġna tal-Facebook Eurovision Song Malta, tellgħu post ta’ apprezzament lejn il-kantant Aidan, kważi ġimgħa minn meta hu rrappreżenta lil Malta fi Vjenna għall-Eurovision Song Contest.
“Grazzi AIDAN,” huma kitbu. “In-numri juru li Malta ġiet rikonoxxuta madwar l-Ewropa din is-sena, u kisbet it-tieni l-aqwa medja ta’ klassifikazzjoni tat-televoting ta’ Malta fl-aħħar 12-il sena.”
“Grazzi għax-xhur ta’ xogħol iebes, dedikazzjoni, u talli tajt lil Malta prestazzjoni li se niftakru għas-snin li ġejjin. Int ġorrt il-bandiera tagħna b’kburija, irrappreżentajtna bi professjonaliżmu, u onorajt lil Malta fuq wieħed mill-akbar palkijiet tad-dinja.”
Facebook / Eurovision Song Malta