Malta qed tkompli tissaħħaħ bħala waħda mill-aktar destinazzjonijiet ċinematiċi fid-dinja, hekk kif Malta qed tingħata prominenza kbira fil-kampanja promozzjonali tal-film tant mistenni, Enola Holmes 3.
Il-produzzjoni internazzjonali, li se toħroġ fuq Netflix fl-1 ta’ Lulju, qed turi diversi xeni li jenfasizzaw is-sbuħija u l-karattru uniku ta’ Malta, u għal darb’oħra tqiegħed lill-pajjiż fuq il-mappa globali tal-industrija tal-films.
Persuni li ħadmu fuq il-produzzjoni esprimew il-kburija tagħhom li kienu parti minn dan il-proġett importanti, partikolarment fil-casting u fil-kontribut tagħhom biex ħolqu d-dinja li għenu biex dawn l-istejjer jieħdu l-ħajja fuq l-iskrin.
Produzzjonijiet ta’ din l-iskala ma jkunux possibbli mingħajr il-kollaborazzjoni enormi bejn kreattivi internazzjonali u professjonisti Maltin, inklużi krews lokali, atturi, u diversi ħaddiema oħra fl-industrija. Din il-ħidma konġunta mhux biss tkompli ssaħħaħ ir-reputazzjoni ta’ Malta bħala hub tal-films, iżda wkoll tagħti opportunitajiet ġodda lit-talent lokali biex ikun parti minn produzzjonijiet ta’ livell internazzjonali.
Bil-ħruġ ta’ Enola Holmes 3 dejjem eqreb, Malta mistennija terġa’ tiġbed l-attenzjoni ta’ udjenzi madwar id-dinja kollha permezz tal-pajsaġġi u l-atmosfera uniċi tagħha li qed ikomplu jattiraw produzzjonijiet prestiġjużi lejn il-gżejjer Maltin.
Facebook / Enola Holmes