“Artist B’Talent Enormi U Tim Mill-Aqwa” – Emma Tranter Terġa’ Taħdem Ma’ Gary Barlow F’Londra

Il-fotografu lokali Emma Tranter qasmet aħbar eċċitanti hekk kif żvelat li reġgħet ħadmet mal-kantant internazzjonali Gary Barlow f’Londra għal kampanja relatata mal-kollezzjoni tal-inbid tiegħu. F’messaġġ li tellgħet fuq il-midja soċjali, Emma qasmet sneak peek mit-tieni photoshoot tagħha ma’ Gary Barlow u l-grupp leġġendarju Take That, fejn stqarret kemm kienet esperjenza speċjali għaliha.

“Ferħana ħafna li qed naqsam magħkom sneak peek mit-tieni shoot tiegħi ma’ Gary Barlow u Take That f’Londra għall-kampanja tal-Wine Collection tiegħu!” kitbet Emma. Hija żiedet tgħid li l-kampanja se tkun qed tidher kemm online kif ukoll fil-media stampata, filwaqt li ddeskriviet il-proġett bħala “ħolma” li taħdem fuqu.

Emma faħħret ukoll lil Gary Barlow bħala artist b’talent kbir, filwaqt li rringrazzjat lit-tim kollu li ħadem magħha fuq dan il-proġett. “Artist b’talent enormi u tim mill-aqwa. Oqogħdu attenti għax dalwaqt se nkun qed naqsam aktar,” temmet tgħid Emma.

Prosit Emma! Tagħmilna kburin li Maltin!







Ritratti:

Facebook / Emma Tranter

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI