“Sempliċiment Għaqqadt Żewġ Slogans F’Wieħed Biex Nagħti Xeħta Umoristika F’Dawn Il-Mumenti Ta’ Tensjoni.” – Bjorn Formosa

Bjorn Formosa

Wara diversi kummenti u xi reazzjonijiet fuq il-midja soċjali, Bjorn Formosa ppubblika messaġġ ta’ kjarifika fuq il-paġna uffiċjali tiegħu fejn spjega li l-post tal-bieraħ ma kienet xejn għajr kitba umortistika.

Fil-messaġġ tiegħu, Bjorn qal li l-frażi li uża kienet sempliċiment taħlita ta’ żewġ slogans differenti biex jagħti “xeħta umoristika” fi żmien li ddeskrivieh bħala wieħed mimli pressjoni.

“Jien mhux se nikkontesta għall-elezzjoni ġenerali, iżda sempliċiment għaqqadt żewġ slogans f’wieħed biex nagħti xeħta umoristika.”

Huwa sostna li l-intenzjoni tiegħu kienet li jgħaqqad lin-nies taħt messaġġ wieħed ta’ għaqda u pożittività. Bjorn enfasizza li, minkejja d-differenzi politiċi jew opinjonijiet differenti, “aħna lkoll aħwa Maltin u Għawdxin.”

Prosit Bjorn!







Ritratti:

Facebook/ Bjorn Formosa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI