Ners Taddotta Żagħżugħ Bl-Awtiżmu Biex Ikun Jista’ Jingħata Qalb Ġdida

Meta Jonathan, żagħżugħ bl-awtiżmu, kellu 27 sena ġie bżonn trapjant tal-qalb li mingħajru t-tobba wissewh li ma kienx fadallu wisq ħajja. Sabiex jingħata t-trapjant però kien meħtieġ li jkollu xi familjari jew qraba, iżda Jonathan sfortunatament ma kellu l-ebda minn dawn.

Ners li kienet qiegħda tieħu ħsiebu l-isptar u ħadet interess partikolari fil-każ tiegħu kienet frustrata u ddispjaċuta b’din is-sitwazzjoni. Kien għalhekk li n-ners ħadet id-deċiżjoni li taddotta lil dan iż-żagħżugħ sabiex b’hekk ikun eliġibbli għal trapjant.

Permezz tad-deċiżjoni li ħadet in-ners, Jonathan wara ftit xhur ingħata qalb ġdida li mlietu mill-ġdid b’tama għal futur isbaħ u aħjar.

L-istorja seħħet fl-Amerka u n-ners ingħatat kull tifħir u rikonoxximent mill-isptar kif ukoll mill-pubbliku li baqa’ msaħħar bit-tjubija tagħha.







Ritratti:

Facebook / Frank Caprio

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI