Sas-Sagħtejn Ta’ Wara Nofsinhar Kienu Vvotaw Medja Ta’ 43.59% Minn Kull Distrett

Hekk kif fadal biss l-aħħar ftit sigħat sabiex tasal fi tmiemha l-fażi tal-votazzjoni tal-elezzjoni ġenerali li tinsab għaddejja bħalissa f’pajjiżna, il-Kummissjoni Elettorali għadha kif ħarġet stqarrija fejn ħabbret li sas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar, medja ta’ 43.59% f’kull distrett ivvotat.

Skont iċ-ċifri li huma ippublikaw, il-parteċipazzjoni fil-proċess tal-votazzjoni f’kull distrett individwali kienet hekk:

  • L-Ewwel Distrett: 47.30%
  • It-Tieni Distrett: 43.39%
  • It-Tielet Distrett: 42.39%
  • Ir-Raba’ Distrett: 44.41%
  • Il-Ħames Distrett: 43.22%
  • Is-Sitt Distrett: 42.70%
  • Is-Seba’ Distrett: 42.64%
  • It-Tmien Distrett: 46.46%
  • Id-Disa’ Distrett: 46.02%
  • L-Għaxar Distrett: 42.58%
  • Il-Ħdax-il Distrett: 42.87%
  • It-Tnax-il Distrett: 39.76%
  • It-Tlettax-il Distrett: 42.95%







Ritratti:

Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI