Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha, Svetlana Micallef fakkret il-jum internazzjonali dwar l-għarfien tal-MS. Hi spjegat li din il-ġurnata important m’għandhiex tintesa.
Kitbet, “M’għandux ikun hemm mistħija meta turi dak li tbati minnu. Li ngħix bil-Multiple Sclerosis hija parti mill-vjaġġ tiegħi, u nilbes dik ir-realta` b’saħħa u kburija. Waqt li llum kulħadd iffukat fuq jum l-elezzjoni, ejja ma ninsewx li llum, it-30 ta’ Mejju huwa wkoll il-jum internazzjonali tal-għarfien dwar l-MS. Miljuni ta’ nies madwar id-dinja jgħixu bl-MS kuljum, u l-istejjer tagħhom għandna nisimgħuhom, narawhom, u nirrikonoxxuhom.”
Nirringrazzjawha talli taqsam il-vjaġġ tagħha magħna u tgħin lil persuni oħrajn li wkoll għandhom l-MS, biex iħossuhom li xi ħadd qed jifhimhom.
Facebook / Svetlana Micallef